Filmat: L-Isqof Awżiljarju u l-President jingħataw Ġieħ Ħal Balzan

OPR

L-Isqof Awżiljarju u l-President ta’ Malta ngħataw il-premju Ġieħ Ħal Balzan.

Waqt iċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni tal-premju, is-Sindku ta’ Ħal Balzan Ian Spiteri rringrazzja lill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi għall-omeliji u pariri effettivi tiegħu.

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ngħatat il-premju għall-impatt dirett u indirett li jkollha fuq il-lokalità. F’diskors qasir waqt iċ-ċerimonja l-President qalet li hi kburija bil-komunità ta’ Ħal Balzan għas-sens kbir ta’ inklużjoni li jinħass fir-raħal.

Waqt l-omelija tiegħu fil-quddiesa fl-okkażjoni ta’ Ġieħ Ħal Balzan, Mons. Joseph Galea Curmi qal li l-għemil ta’ persuna għandu jkun espressjoni ta’ dak li temmen. Qal ukoll li huwa importanti li wieħed jagħraf x’inhu tajjeb  u x’inhu ħażin fil-ħajja.