Filmat: Indarab ħafif wara li ħabat m’arblu fi Triq il-Kosta

Raġel weġġa’ ħafif meta għal xi raġuni ħabat m’arblu fi Triq il-Kosta llum waranofsinhar.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li s-sewwieq li għandu 29 sena ħabat f’arblu li jinsab viċin il-parti tat-triq li tagħmel man-Naxxar. Ir-raġel li jgħix l-Imsida għall-ewwel irrifjuta l-attenzjoni medika, madanakollu, aktar tard talab lill-Pulizija sabiex iġibulu ambulanza.

Skont il-paġna ta’ Facebook Maltese Roads Traffic Updates, l-inċident seħħ viċin l-istabbiliment Splash and Fun.