Filmat: L-Ispettur iqum u jħares fl-infern li hu stess ħoloq

L-Ispettur Bonnici

L-Ispettur Bonnici -episode 1 - From the 28th September 2020 on PBS/TVM. Written & Directed by Mario Philip Azzopardi

Posted by Spettur _ Spettur Bonnici on Thursday, August 27, 2020

Minn għada t-Tnejn 28 ta’ Settembru fid-9pm fuq TVM se tibda tixxandar is-sensiela L-Ispettur li bosta kienu dawk li segwew fit-Teatru Manoel fi tlett plays li kienu mqassma fuq tlett snin. Issa din is-sensiela ġiet addattata għat-televiżjoni fejn Mario Philip Azzopardi kompla jiżviluppa bosta stejjer oħra biex għat-televiżjoni tkun aktar b’saħħitha mill-mod kif dehret fit-teatru.

Vince Micallef Pulè, Mario micallef, Monica Attard u Jurgen Ciantar

Għall-Ispettur Bonnici, il-ħajja ma kinitx faċli. Ma baqax lura u ssielet u tqabad kontriha kif seta’. Meta ma setax, ra kif għamel u għawweġ kemm felaħ sakemm għaddiet tiegħu. U hawn fejn bdiet katina ta’ ġrajjiet, li matul is-snin kibret u kibret sakemm issa li wasal biex jirtira, ser ikollu jagħti rendikont ta’ kull ma żamm mistur minn sħabu, familtu, u l-liġi, li dejjem iddefenda skont kif ħaseb li kellu jiddefendiha.

Hekk kif il-kbarat tal-Belt Valletta jippreparaw biex jonoraw lil l-Ispettur, li għal ħafna hu eroj, ifeġġu karattri li jistgħu jkissru kull ma ħadem għalih. Imma issa xiħ wisq biex jiġġieled kif kien jiġġieled meta kien iżgħar. Għall-Ispettur Bonnici, din se tkun l-akbar taqtigħa ta’ ħajtu. F’isem il-liġi, f’isem il-ġustizzja, f’isem il-familja, l-Ispettur iqum u jħares fl-infern li hu stess ħoloq matul is-snin fis-servizz. Dak li jseħħ huwa kontroversjali u se iġiegħel lill-udjenza jew tikkundanna lill-Ispettur Bonnici, jew tqimu bħala bniedem ta’ integrità qawwijja, jew bħala iblah bla tama, jew dawn kollha flimkien.

F’din is-sensiela hemm cast ta’ 64 attur li jinkludu lil Mario Micallef, Monica Attard, Lara Azzopardi, Vince Micallef Pule, Marvic Cordina, Narcy Calamatta, Sean Briffa, Marcelline Galea, Frida Cauchi, Claudia Mizzi, Jurgen Ciantar, Fabrizio Fenech, Ray Abdilla, Laurence Buontempo, Ramona Mamo DeGiovanni, Maria Laura Fenech, Charles Sammut, Maya Ebejer, Emanuel Tabone, u Clint Chircop.

Mario Micallef bħala L-Ispettur Bonnici

L-Ispettur, li se tkun maqsuma fuq 10 puntati, għandha produzzjoni ta’ Michael Kissaun filwaqt li l-kitba u d-direzzjoni hija ta’ Mario Philip Azzopardi.