Filmat: L-Ispeaker iwissi; il-Ministru Herrera jgħid li ċajta

L-Ispeaker Anġlu Farrugia kellu għal darb’oħra jwissi dwar l-atteġjament tal-membri fil-Kamra tar-Rappreżentanti. Din id-darba kien imiss lill-Ministru għall-Ambjent José Herrera li f’nofs dibattitu fil-Parlament qal “ABŻ”.

Filwaqt li ż-żewġ naħat indunaw li kien żball, tant li d-deputati kollha tbissmu, il-Ministru minnufih qam bilwieqfa u reġa’ rrepeta din il-frażi.

Kien hawn, li l-Ispeaker Anġlu Farrugia widdeb lill-Ministru dwar l-atteġjament tiegħu. Bir-reazzjoni tal-Ministru tkun li ried jgħid ABC flok ABŻ u li kitn tfixkel f’dak li kien qed jgħid.

Aktar tard fis-seduta, il-Ministru Herrera qal li dak li qal, qalu għax tfixkel f’ilsienu iżda kien qed jgħidu b’ċajta. Wieġeb ukoll id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi fejn qal li l-Oppożizzjoni qed tieħu dak li qal il-Ministru bi tbissima, fl-istess waqt li qal li l-avukati fil-Qorti qed jimmisjaw iż-żmien li kien iservi fil-Qorti.