Filmat: “L-ispazju f’Ta’Qali mhux iservi” – Muscat

Joseph Muscat fost iż-żgħażagħ fil-BMX track ta' Pembroke

Joseph Muscat fost iż-żgħażagħ fil-BMX track ta' Pembroke

Posted by Joseph Muscat on Friday, May 3, 2019

Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-fetħa l-kbira f’Ta’ Qali fejn il-familji jgħaddu l-ħin liberu tagħhom mhux qed iservi għax qed ikun hemm ħafna nies. Reġa’ saħaq li fil-jiem li ġejjin, il-Partit Laburista mistenni jħabbar proġett ieħor li bħala Gvern se jkun qed iwettqu.

Il-Prim Ministru ħa sehem f’attività mal-Forum Żgħażagħ Laburisti fil-BMX Track f’Pembroke. Huwa qal li l-FŻL minn dejjem ikunu minn ta’ quddiem biex imexxu l-aġenda f’Malta

Huwa semma kif il-Partit Laburista għandu ammont ta’ kandidati żgħażagħ u anki l-kwalità li qiegħdin joffru lilhom infushom biex jikkontestaw għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Appella lin-nies biex jafdaw liż-żgħażagħ bil-vot tagħhom.

Dwar id-dibattitu, il-Mexxej Laburista qal kien sodisfatt għaliex kien dibattitu mingħajr ħdura.

Waqt l-attività id-diriġenti ta’ BMX Malta għamlu eloġju lill-Prim Ministru tal-għajnuna li ta l-Gvern biex seta’ jiġi ffurmat dan is-sit li kien jospita s-suldati Ingliżi.