Filmat: L-Isfida tal-Malta Girl Guides waqt din il-Kwarantina!

Posted by Malta Girl Guides on Thursday, March 19, 2020

L-assoċjazzjoni Maltija tal-Girl Guides (Malta Girl Guides) nediet sfida għat-tfal u l-adulti ta’ kull età, li bħalissa qegħdin ġewwa darhom. Din l-isfida hi li jipparteċipaw f’diversi attivitajiet u b’hekk ma tiddejjaqx id-dar f’dawn iż-żminijiet diffiċli.

Bl-isem ta’ “The Malta Girl Guides Quarantine Challenge” jew aħjar #mggquarantinechallenge, kull jumejn se jkun hemm sfida differenti. L-isfidi kollha se jkunu qed jintwerew fuq il-paġna talfacebook uffiċjali tal-MGG fejn kull parteċipant se jkun qiegħed jaqsam ix-xogħol tiegħu fuq ilmidja soċjali u jittegja l-paġna tal-assoċjazzjoni kif ukoll juża żewġ hashtags #mggquarantinechallenge u #beattheboredom.

F’inqas minn 24 siegħa, kellna parteċipanti minn madwar Malta u Għawdex, kif ukoll internazzjonalment b’parteċipanti mill-Amerka, l-Iżvezja, l-Ingilterra u l-Awstralja fejn kollha qed jieħdu sehem f’din l-isfida. ‘Il fuq minn 700 mitt ruħ imlew il-formola biex ikunu jistgħu jipparteċipaw. L-ewwel sfida ġiet imnedija l-Ħadd li għadda (15 ta’ Marzu 2020) u diġà hemm diversi nies li bdew jaqsmu ix-xogħol sabiħ li għamlu. Huwa interessanti li biex tagħmel dawn lisfidi, m’għandekx bżonn toħroġ mid-dar tiegħek. Il-ġenituri/kustodji jistgħu jaqsmu x-xogħol ta’ tfal tagħhom jekk dawn m’għandhomx profil fuq Facebook jew Instagram.

Fl-aħħarnett, il-parteċipanti kollha se jkunu fiċ-ċans li jkollhom il-‘badge’ unika ta’ #mggquarantinechallenge fejn ċertament se sservi bħala memorja għal dan iż-żmien fejn iddinja qiegħda f’battalja kontra dan il-virus.

Applikazzjoni biex tipparteċipa: https://form.jotform.com/200733602458350

Malta Girl Guides Facebook Page: https://www.facebook.com/MaltaGirlGuides/

Malta Girl guides Instagram: /maltagirlguides