Read in English.
Proprju dalgħodu f’Jum San Valentinu, Tamara Webb qasmet mas-segwaċi tagħha aħbar li hija ddeskriviet bħala l-isbaħ ħaġa li qatt tista’ tħabbar.
Hi u żewġha Ken, li ilhom miżżewġa minn Ġunju tal-2016, se jsiru ġenituri għall-ewwel darba. Huma saru jafu b’dan f’Novembru, tlett xhur ilu, u stennew sal-lum biex jagħmlu pubblika din l-aħbar.
Tamara ddeskriviet it-tqala tagħha bħala “miraklu ħelu” u ddeskriviet it-tarbija fil-ġuf tagħha bħala karawetta li qiegħda tikber u li diġà ġabet ħafna ferħ lilha u lil żewġha.
Webb qalet lis-segwaċi tagħha biex qatt ma jieqfu jittamaw. Qalet li dan kif vjaġġ diffiċċli u ta’ sfida, iżda li kien ukoll wieħed sodisfaċenti.
Awguri Tamara u Ken!