Filmat: “L-isbaħ ħaġa li ġratli hi li sirt nannu” – Philip Vella

Għal din l-edizzjoni ta’ Let’s Chat, Frederick Zammit tkellem ma’ Philip Vella li proprju fl-aħħar ġranet ħareġ il-kanzunetta Pa, proprju maħsuba għal Jum il-Missier, li qed niċċelebraw illum il-Ħadd 21 ta’ Ġunju.

Matul din il-konversazzjoni Philip jitkellem dwar ir-relazzjoni li huwa kellu ma’ missieru, li ħalliena 6 snin ilu, dwar ir-relazzjoni maż-żewġt uliedu, kif ukoll dwar x’fisser għalih il-fatt li sar nannu.

U llum, Jum il-Missier, kif se jkun qed iqatta’ l-ġurnata?

Segwi l-intervista sħiħa f’din il-paġna.

Muntaġġ: Sarah Salafia