Filmat: “L-isbaħ ġurnata ta’ ħajjitna” – Tamara

Awguri lill-mudella u blogger Tamara Webb u lil żewġha Ken Cauchi li llum qed jiċċelebraw ir-raba’ anniversarju taż-żwieġ tagħhom. Huwa filfatt iżżewġu bħal-lum il-11 ta’ Ġunju tal-2016.

Il-koppja bħalissa qed jistennew ukoll biex isiru ġenituri għall-ewwel darba fi fti taż-żmien ieħor.

Fil-messaġġ tagħha fuq il-midja soċjali, Tamara rreferiet għal jum tal-11 ta’ Ġunju tal-2016 bħala “l-isbaħ ġurnata ta’ ħajjitna”.

Hi reġġgħet ukoll tellgħet messaġġ ta’ meta ċċelebraw l-ewwel anniversarju u fejn kienet qalet lil żewġha li huwa ħajjitha   temmet billi qaltlu “Lilek inħobb”.

Fil-messaġġ tagħha llum hija qalet lil żewġha li “l-aktar ħaġa sabiħa li qatt iddeċidejt li nagħmel hija li niżżewweġ lilek. Inħobbok għal dak kollu li int , dak kollu li ġej u dak kollu li għad trid tkun”.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Ken u lil Tamara.