Filmat: L-investigazzjoni dwar l-isptarijiet dalwaqt titlesta – Fearne

Read in English.

L-investigazzjoni mill-awdituri dwar il-bejgħ tal-isptarijiet Maltin mhix ‘il bogħod milli tiġi konkluża, skont il-kandidat għall-elezzjoni għall-mexxej tal-PL Chris Fearne.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal dan waqt li kien qed jiġi intervistat minn Newsbook.com.mt.

Fearne qal li kien hu li talab lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) biex jinvestiga l-bejgħ tal-isptarijiet. Qal li għaddejjin il-proċeduri u li qed jgħidulu li mhumiex ‘il bogħod milli jispiċċawhom.

Fearne kien mistoqsi minn Fr Joe Borg jekk iħossux skomdu li kien qed isir ftehim għall-bejgħ ta’ tliet sptarijiet pubbliċi lil kumpanija li ħadd ma jaf min hu s-sid tagħha. Dan sar meta Fearne kien Segretarju Parlamentari mal-Ministru Konrad Mizzi.

Fearne qal li ma jaħsibx li huwa tajjeb li l-proċeduri jdumu tliet snin u qal li jkun aħjar kieku damu madwar sitt xhur. Qal li jekk isir PM isaħħaħ l-uffiċċju tal-NAO.

X’qal aktar waqt l-intervista?

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li jemmen li ladarba jagħmlu użu mid-dritt tagħhom li jappellaw id-deċiżjoni li t-tfal ma jingħatawx permess jgħixu Malta, il-ġenituri tat-22 tifel u tifla se jirnexxielhom jirbħu dan l-appell.

Tkellem ukoll dwar l-abort.