Filmat: L-intervista tal-ġimgħa mas-social worker Jareth Mark Grima

GĦADA FUQ NEWSBOOK: Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt, il-ġurnalist Karl Wright jiltaqa’ ma’ Jareth Mark Grima, social worker u membru fl-eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Maltija tas-Social Workers (MASW).
Miegħu jitkellem dwar il-ħidma soċjali f’Malta, il-kundizzjonijiet u l-isfidi tal-ħaddiema soċjali u l-bidliet mistennija fil-liġi tal-2004 li tirregola s-settur, liema bidliet bħalissa jinsabu fl-istadju tat-tieni qari fil-Parlament.