Filmat: L-intervista tal-ġimgħa mal-President Marie Louise Coleiro Preca

X’taħseb il-President ta’ Malta dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa? Dwar id-dritt tal-vot u l-età tal-kunsens sesswali? Fid-dawl ta’ dak li seħħ fi Franza, il-President x’taħseb dwar il-libertà tal-espressjoni?
Fl-intervista tal-ġimgħa għada, l-Ħadd, fuq Newsbook.com.mt, il-ġurnalist Karl Wright jistaqsi lill-E.T. Marie Louise Coleiro Preca dwar l-ewwel għaxar xhur tal-Presidenza u l-prijoritajiet tagħha għall-Presidenza. Tiġi trattata t-tema tal-għaqda nazzjonali fid-dawl tal-erba’ anniversarji nazzjonali ċċelebrati fl-2014.
Il-President tfisser x’messaġġ riedet twassal meta f’Jum ir-Repubblika rreferiet għar-reliġjon kattolika bħala “forza organizzattiva tal-kultura”. Fost affarijiet oħrajn, il-President tagħti l-fehma tagħha dwar il-bidliet li tara meħtieġa fil-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Agħfas hawn biex tirċievi din l-intervista u aħbarijiet oħra permezz tal-email.