Filmat: L-intervista tal-ġimgħa mad-Direttur ta’ Caritas Malta

Waqt l-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt, il-ġurnalist Yendrick Cioffi jiltaqa’ ma’ Leonid McKay, Direttur ta’ Caritas Malta.
Wara aktar minn 40 sena ta’ servizz lis-soċjetà Maltija, Caritas hija magħrufa l-aktar għall-ħidma ma’ persuni dipendenti fuq id-droga.
Iżda Caritas Malta toffri għadd akbar ta’ servizzi bla ħlas. Leonid McKay jitkellem fost l-oħrajn dwar id-diversi support groups li jolqtu persuni li ġejjin minn realtajiet differenti.
McKay jisħaq li Caritas timxi mas-sinjali taż-żminijiet biex tilħaq kemm jista’ jkun persuni.
Jwieġeb ukoll dwar il-ħidma konġunta li Caritas tagħmel mal-Parroċċi permezz tal-Kumissjonijiet Djakonija.
Għall-2016, Caritas qed taħdem fuq diversi proġetti fosthom xelter ġdid għan-nisa dipendenti mid-droga.
Dwar is-servizzi tal-Caritas u proġetti oħra għall-2016, iwieġeb Leonid McKay, Direttur ta’ Caritas Malta fuq Newsbook.com.mt il-Ħadd filgħodu.