Filmat: L-intervista tal-ġimgħa ma’ Marlene Farrugia

GĦADA FUQ NEWSBOOK: Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt, il-ġurnalist Karl Wright jistaqsi lill-membru parlamentari Marlene Farrugia dwar x’reazzjoni kellha għall-inidirizz li għamlet lill-ġemgħa fl-attività msejħa mill-Partit Nazzjonalista fiż-Żonqor. Farrugia tirreaġixxi għall-kumment “this is a free world” li bih wieġeb il-Prim Ministru meta mistoqsi dwar il-pożizzjoni li ħadet hi fil-kwistjoni tal-Università Amerikana.
Il-membru parlamentari twieġeb ukoll dwar kif inhu konsistenti s-sehem tagħha fi kwistjonijiet oħra ambjentali u tagħti l-assessjar tagħha tal-partiti politiċi ewlenin issa li ninsabu f’nofs il-leġislatura. Tgħid tagħha wkoll dwar l-ideoloġija politika tagħha u tal-partiti politiċi f’Malta.
L-intervista sħiħa se tixxandar għada l-Ħadd.