Filmat: L-intervista tal-ġimgħa ma’ Joe Spiteri

GĦADA FUQ NEWSBOOK: Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt, il-ġurnalist Karl Wright jiltaqa’ ma’ Joe Spiteri minn Ta’ Mena Estate f’Għawdex u jitkellem miegħu dwar kif in-nuqqas ta’ xita u n-nuqqas ta’ kesħa qed jimpattaw fuq l-art u l-prodott agrikolu. Spiteri jwieġeb jekk din hix xi ħaġa fil-kontroll biss tal-Ħallieq jew hix xi ħaġa li għandu responsabbiltà fiha wkoll il-bniedem.
Fl-intervista, l-agri-imprenditur Għawdxi jitkellem dwar il-konsegwenzi tal-użu ta’ metodi li mhumiex naturali u x’jista’ jsir biex ma tibqax titkisser l-eko-sistema.