Filmat: ​L-intervista tal-ġimgħa ma’ Dr Lorna Mifsud Cachia u Dr Ramona Frendo

GĦADA FUQ NEWSBOOK: Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook, il-ġurnalist Karl Wright jitkellem ma’ żewġ opinjonisti dwar id-diskussjoni pubblika bħalissa. Iż-żewġ avukati jiddeskrivu s-sitwazzjoni kurrenti fil-pajjiż kif jarawha mil-lenti tagħhom.
Is-settur tal-enerġija, it-traffiku u t-trasport pubbliku, il-kaċċa u l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali huma bla dubju l-ingredjenti tar-riċetta tad-diskussjoni pubblika bħalissa.
Dwar dawn is-suġġetti, iwieġbu Dr Lorna Mifsud Cachia u Dr Ramona Frendo fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt il-Ħadd filgħodu.
Filmat: Reel8 Productions Ltd