Filmat: L-Innu Malti fir-Russja

Proprju f’dawn iż-żminijiet fejn is-safar mhux permess u għaldaqstant mhux possibbli li persuni jżuru lil qrabathom li jgħixu f’pajjiż ieħor, il-komunità Maltija fir-Russja ħarġet b’inizjattiva biex twassal messaġġ lill-qraba tagħha u lil Malta.

F’dan il-filmat mhux biss jindaqq l-Innu Malti iżda bosta persuni jitkellmu u jlissnu l-Innu Malti.

Bla dubju ħsieb sabiħ mill-Ambaxxata ta’ Malta f’Moska u l-komunità Maltija fil-Federazzjoni Russa lill-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Grazzi!

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn