Filmat: L-inġustizzji fil-ġrajja tal-Milied

Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistieden ta’ George Cassar huwa Mons. Joseph Galea Curmi.

Il-qari tal-ġurnata

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 2: 13-18

Meta telqu l-maġi, deher anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ’l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi sa jfittex lit-tifel biex joqtlu”. 

Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ’l ommu bil-lejl, u warrab lejn l-Eġittu, u baqa’ hemm sal-mewt ta’ Erodi. B’hekk seħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal, ‘Mill-Eġittu sejjaħt lil ibni’. Erodi mbagħad meta ra li l-Maġi kienu għaddewh ta’ tifel, inkorla bis-sħiħ, u bagħat joqtol f’Betleħem u fl-inħawi kollha tagħha lit-tfal subien kollha ta’ minn sentejn ’l isfel, skont iż-żmien li sar jaf minn għand il-Maġi.

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm.

Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.