Filmat: L-Ingliżi jħejju għall-Eurovision

Ilbieraħ -Ingliżi ħabbru l-kantant u l-kanzunetta li se tkun qed tirrappreżentahom fil-finali tal-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.

Il-kanzunetta My Last Breath qed titqies bħala waħda mill-aħjar kanzunetti li r-Renju Unit se jkun qed jipparteċipa biha fil-Eurovision.

Il-kantanta James Newman għandu 31 sena u ħuh huwa John Newman li kien nominat għall-Brit Award, James mhux biss huwa kantant iżda wkoll kiteb bosta kanzunetti għal Ed Sherran, Jess Glynne, Calvin Harris u Little Mix.

Ritratt: BMG/Victor Frankowski

Newman mhux artist ġdid fil-Eurovision. Fl-2017 kien wieħed mill-awturi għall-kanzunetta Dying to Try li rrappreżentat l-Irlanda.

Dwar il-kanzunetta tiegħu fil-Eurovision ta’ din is-sena huwa kkummenta li din hi waħda li nkitbet apposta għal dan l-avveniment bil-ħsieb li jkun hemm il-parteċipazzjoni tal-udjenza fl-arena meta jaslu għall-parti fejn huwa jkanta ‘woah-oh-ohhh

Tgħid din il-kanzunetta tista’ tkun dak li l-Ingliżi ilhom jittamaw għalih biex twassalhom għal pożizzjoni tajba fil-finali tas-Sibt 16 ta’ Mejju?