Filmat: L-imħabba u l-passjoni lejn il-mużika huma l-ispirazzjoni tiegħu

Tul is-snin, Wayne Camilleri sar isem u wiċċ sinonimu fix-xena tal-mużika lokali. L-imħabba u l-passjoni lejn il-mużika flimkien mal-istil partikolari tiegħu għamluh wieħed mill-iktar kitarristi popolari fix-xena lokali.

Kien parti minn avvenimenti kbar li jinkludu ‘Xirka Rock’ u ‘Rockestra’ biex insemmu xi wħud kif ukoll daqq ma’ numru ta’ mużiċisti ħhal Airport Impressions, Tribali, Red Electrick, Big Band Brothers kif ukoll Nafra bħala session musician jew bħala mistieden speċjali.

L-imħabba u l-passjoni lejn il-mużika flimkien mal-ħeġġa li jkun kreattiv u li jikkomponi silta kurrenti kif ukoll l-adrenalina li jitla’ fuq palk idoqq ma’ mużiċisti oħra huma l-iktar affarijiet li jispirawh.

Ritratt: D Catania Photography

Wara lista ta’ kollaborazzjoni u siltiet taħt ismu, issa wasal il-waqt li jiddebutta ‘Morning Dance’ li l-ewwel silta minn album li hu ppjanat li jiġi mniedi aktar tard din is-sena. ‘Only the heart can tell’ qed jiġi miktub fl-istudjo ta’ Wayne stess ‘Kat Allergy Studio’ u mixed f’Railway Studios mill-kitarrist ta Red Electrick u producer Peter Borg.

Ritratt: Rene Rossignaud

Is-siltiet ser jinkludu wkoll mużiċisti li Wayne kellu l-pjaċir jaħdem magħhom tul is-snin bħala mistiednin speċjali. Infatti kif tistgħu taraw fil-vidjow mużikali, ‘Morning Dance’ jinkludu lil Aleandro Spiteri Monsigneur u Robert Spiteri minn Red Electrick u lil Chris Curmi li huwa l-bass player ta’ Ira Losco.