Filmat: “L-ikbar palk li qatt kont fuqu” – Eliana

Eliana Gomez Blanco tinsab bħalissa bl-aħħar tħejjijiet tagħha għas-17-il edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest.

Fl-intervista Eliana titkellem dwar il-proċess għall-għażla tal-kanzunetta We Are More, li biha nhar il-Ħadd li ġej se tkun qed tirrappreżenta lil pajjiżna f’dan il-festival mużikali.

Għal Eliana dan se jkun l-ikbar palk li fuqu qatt se tkun tat xi wirja s’issa.

Il-Junior Eurovision Song Contest se jsir nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru fl-4pm. Ikun qed jixxandar dirett fuq TVM.

“La nara l-palk żgur se nimmuta,” tikkummenta hi matul din l-intervista, li tistgħu ssegwu fuq din il-paġna.

Filmat: Malcolm Agius

Muntaġġ: Sarah Salafia