Filmat: L-ikbar kollezzjoni tal-karozzi tal-Pulizija Maltija

Robert Cauchi jista’ jitqies bħala wieħed mill-akbar kollezzjonisti Maltin ta’ karozzi tal-pulizija.

B’kollox għandu iktar minn 800 mudell ta’ karozza tal-pulizija minn madwar id-dinja kollha. Issiblu karozzi tal-Carabinieri Taljani, tal-pulizija Ġermaniża, Spanjola, Russa, Kanadiża, Ċiniża u ħafna oħrajn.

In-namra lejn il-mudelli Robert ħadha mingħand missieru li kien jagħmel mudelli ta’ suldati taċ-ċomb.

Robert għandu wkoll kollezzjoni unika f’Malta.  Fil-ħin liberu tiegħu joqgħod jaħdem il-mudelli tal-karozzi tal-Pulizija Maltija.

Fl-aħħar ħames snin irnexxielu jagħmel 80 karozza tal-pulizija sal-inqas dettall.   Fost il-karozzi li ħadem hemm kopja tal-ewwel karozza li l-pulizija użat f’Malta, sal-vann tal-mejtin, vannijiet tal-SAG u anke l-muturi li jużaw il-pulizija tat-traffiku.

 

Jekk għandek xi tip ta’ kollezzjoni, ibgħat imejl fuq: catherine@newsbook.com.mt