Filmat: L-Għarusa tkompli mil-lejla

Wara tant stennija, l-aħħar 3 episodji tal-Għarusa ser jidhru fit-8, fil-15 u fit-23 ta' Settembru! :)

Wara tant stennija, l-aħħar 3 episodji tal-Għarusa ser jidhru fit-8, fil-15 u fit-22 ta' Settembru! :)

Posted by L-Għarusa on Tuesday, July 28, 2020

Illejla fuq TVM fil-ħin tad-8.45pm se tkun qed tirritorna is-sensiela popolari L-Għarusa hekk kif jibdew jixxandru l-aħħar tlett puntati li se jwasslu għall-finali ta’ din il-produzzjoni.

Bernard jinsab iddispjaċut li familtu neżżgħetu minn kull titlu issa li żżewweġ lil Amelia, filwaqt li ħuh Agostino ħaddar qalbu kontrih wara li skopra li seraqlu l-għarusa.

Vera, omm Bert, imbikkma hekk kif jibdew jittieħdulhom ħwejjiġhom mid-dar biex jagħmlu tajjeb għad-djun kbar li għamel Bert bl-irrisponsabilità tiegħu.

Fenech Lauri jkompli bl-investigazzjonijiet tiegħu ġewwa raħal żgħir fejn l-istess stemma tal- pendent tidher prominenti fuq bieb ta’ dar antika u mitluqa.

L-Għarusa għandu kitba ta’ Audrey Brincat Dalli bi produzzjoni ta’ Sharp Shoot Media.