Filmat: L-Għarusa se jkompli fid-29 ta’ Ottubru

Il-puntata li jmiss tas-sensiela popolari L-Għarusa se tixxandar fuq TVM nhar it-Tlieta 29 ta’ Ottubru. Dan wara li nqabżet ġimgħa minħabba fix-xandiriet tal-budget.

Ritratt: Facebook/L-Għarusa

Iżda x’se jiġri fl-episodju li jmiss?

Kalċ jerġa’ jkellem lil Amelia bil-moħbi u jrid li Amelia tkompli taħbilu, inkella jikxifha li bieset lil Bernard. Amelia tħossha rikattatha iżda ma tistax tagħmel mod ieħor. Sadanittant Agostino jinsab mbarazzat bl-aġir ta’ ħuh Bernard u Bernard jinsab irrabbjat li Amelia aġixxiet hekk miegħu. Kalċ jipprova jagħmel mossa oħra sabiex jara sa fejn qegħda l-fiduċja tiegħu fih mingħand Lucrezia u malajr irrealizza li għadu qed jirbaħha. Amadeo jerġa jidħol fix-xena sabiex jgħin lil Bettina.