Filmat: L-għaqdiet tal-bastimenti b’azzjoni simbolika fil-Belt

Il-kaptan ta’ Lifeline

Posted by Newsbook.com.mt on Tuesday, September 11, 2018

Konferenza stampa minn Lifeline u SeaWatch quddiem il-Qorti

Posted by Newsbook.com.mt on Tuesday, September 11, 2018

Filmat: L-għaqdiet tal-bastimenti b’azzjoni simbolika fil-BeltAktar dettalji: https://bit.ly/2MjPDTG

Posted by Newsbook.com.mt on Tuesday, September 11, 2018

L-għaqdiet tat-tfittxija u salvataġġ ċivili Mission Lifeline u SeaWatch ħadu sehem f’azzjoni simbolika fil-Belt li kienet tinvolvi l-għotja tas-sentenzi lil diversi mexxejja Ewropej. L-attivisti libsu maskri tal-Prim Ministru Malti Joseph Muscat, il-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini, il-Prim Ministru tal-Ungerija Victor Orban, il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel, il-Kanċillier Awstrijak Sebastian Kurz, u l-Ministru tal-Intern Ġermaniż Horst Seehofer. Il-“mexxejja politiċi” kellhom idejhom immantejati u żebgħa ħamra simbolika għad-demm.

Fl-azzjoni simbolika quddiem il-Qorti, hekk kif is-seduta tal-Kaptan Claus Peter Reisch reġgħet ġiet deferita għal Ottubru, huma taw “sentenzi” lil dawn il-mexxejja. Fi kliemhom dawn il-mexxejja qed iħallu lin-nies li jaqsmu mil-Libja jgħerqu minħabba interessi nazzjonali u protezzjoniżmu irrazzjonali.

Huma fakkru li l-isalvataġġ mill-baħar huwa wieħed mandatorju għal kull min ibaħħar u li dan tipprovdi għalih il-liġi internazzjonali.

Illum għandu jkompli l-każ kontra l-Kaptan Claus-Peter Reisch fil-Qorti. Reisch tressaq il-Qorti wara li daħal bil-bastiment MV Lifeline f’Malta li fuqu kien hemm abbord 234 persuna li ġew salvati mill-għarqa. Ħafna minn dawn l-persuni marru f’pajjiżi oħra wara li kien intlaħaq ftehim ad hoc bejn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Iż-żewġ għaqdiet flimkien mal-għaqda SeaEye għandhom l-bastimenti tagħhom maqbuda f’Malta. L-ajruplan tat-tfittxija Moonbird tal-għaqda SeaWatch ukoll ma tħallix jitajjar minn Malta.