Filmat: L-Għannej jallegra l-ġirien

Posted by Liliana Camilleri on Sunday, March 15, 2020

Il-kantant Tony Camilleri, magħruf bħala L-Għannej, ħa l-inizjattiva biex jagħmel dak li jħobb jagħmel u jikser ftit mit-tensjoni u forsi t-toqol tal-ħsibijiet u ntefa’ jkanta fil-gallarija waqt li daqq ukoll il-kitarra għal uħud mill-kanzunetti popolari tiegħu.

Il-kantant bħalissa jinsab fuq il-ħames jum ta’ kwarantina u ikkummenta li kellu bżonn jiżvoga.

With an audience

Posted by Liliana Camilleri on Sunday, March 15, 2020

“Kieku noqgħod viċin, noħroġ inkompli miegħek”, “Aħ kemm nixtieq li noqgħod ħdejk bħalissa!” u “What fun live Tony’s songs” huma fost il-bosta kummenti ta’ dawk li daħlu jsegwu l-filmat fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Camilleri.

Bla dubju ħafna huma dawk li ħadu gost jisimgħu lil Tony jkanta u issa qed jistennew aktar!