Filmat: “L-għan tagħna huwa li l-klijent ikun kuntent” – Keith Spiteri, Savemart

Id-direttur ta’ Savemart Supermarket Keith Spiteri tkellem ma’ Newsbook.com.mt u spjega kif permezz tas-sit il-ġdid tagħhom, il-klijenti tagħhom għandhom għażla kbira ta’ prodotti tal-merċa, forn, laħam u ħxejjex flimkien ma’ prodotti tad-dar, tindif u saħansitra rigali.

Fost il-vantaġġi tal-websajt, Spiteri qal li l-klijenti tagħhom jistgħu jagħmlu x-xirja mid-dar jew l-uffiċċju, f’ħin konvenjenti għalihom.

Tista’ wkoll tagħżel li tmur tiġbor ix-xirja tiegħek personalment f’ħin konvenjenti għalik mill-ħanut tas-Savemart f’San Ġwann – m’hemmx bżonn ta’ ordni minima.

L-ordnijiet tax-xiri preċedenti jibqgħu fuq il-kont tiegħek, allura m’hemmx għalfejn terġa’ tfittex u tordna l-istess affarijiet kull darba.

Il-buttuna ta’ ‘Offerti Speċjali’ fuq in-naħa tax-xellug ta’ fuq tal-iskrin turi l-offerti kollha f’dik is-sezzjoni.

Tieħu wkoll xirja b’xejn ta’ €25 meta tikseb 200 punt mill-iskema tas-Savemart – il-klijent jista’ japplika għal din l-iskema b’xejn permezz tas-sit.

Barra minn hekk, hemm delivery b’xejn meta x-xirja tkun ta’ €75 jew aktar.

“Għalkemm il-klijent mhux qed jiġi l-ħanut, irrid li l-esperjenza tiegħu tkun bħallikieku ġie hawnhekk, għamel ix-xirja u m’hemmx sorpriżi,” spjega Spiteri, “Irrid inkun kuntent. Dan huwa l-għan tagħna”.

Savemart bħalissa qed joffri offerti speċjali esklussivi tal-Milied b’offerti fantastiċi mill-ħanut f’San Ġwann kif ukoll onlajn matul l-istaġun tal-festi. Savemart qed toffri wkoll hampers għal €4.99 + 49 punti. Il-punti jinkisbu meta tixtri mill-ħanut u onlajn.

Tista’ tibda tuża l-websajt tas-Savemart billi tagħfas hawn.

Dan it-tagħrif twassal minn Savemart