Filmat: L-għajta Viva Malta toħroġ mill-qalb kbira ta’ poplu magħqud

Il-poplu Malti u Għawdxi f’kor wieħed ta’ kburija nazzjonali

L-għajta Viva Malta 🇲🇹 toħroġ mill-qalb kbira ta’ dan il-poplu wieħed magħqud.Huwa Grazzi għalikom li pajjiżna qed jirritorna għan-normalità tal-ħajja sempliċi kif ilkoll inħobbuha.Ħrigtu lil Malta bl-unuri. Dan huwa verament suċċess flimkien.

Posted by Covid19 Malta on Thursday, June 4, 2020

Read in English.

Freddie Portelli, Amber, Destiny, Pamela Bezzina, Petra, Kyle Cutajar, Aidan Cassar u Glen Vella, Debbie Scerri u bintha Nicole Vella, il-mużiċist Alex Debono, il-preżentaturi Claire Agius Ordway u Ben Camille, il-kittieb Simon Bartolo, l-atturi Bernadette Riolo u Edward Pullicino u l-preżentatur ta’ 103 Malta’s Heart huma fost il-personalitajiet minn madwar il-gżejjer Maltin li rrekordjaw il-kanzunetta Viva Malta bħala turija ta’ gratitudni għall-fatt li Malta qed tirritorna għal normalità ġdida wara li b’effett mil-lum il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju tneħħew ħafna mir-ristrezzjonijiet minħabba fl-imxija tal-Covid-19.

Ma’ dawn il-personalitajiet ingħaqdu wkoll bosta familji u tfal mill-pubbliku li wieġbu għall-appell li kien sar ftit taż-żmien ilu, biex b’hekk setgħu jiffurmaw parti mill-kor għal din il-kanzunetta ferm popolari ma’ diversi ġenerazzjonijiet ta’ Maltin u Għawdxin.