Filmat: L-FKNK tgħid li mhux se jiftaħ l-istaġun għall-insib fuq l-għasafar tal-għana

Skont il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) din is-sena mhux se jinfetaħ l-istaġun għall-insib fuq l-għasafar tal-għana, u mhux ħa tkun applikata deroga dwar l-insib għall-għasafar tal-għana. Il-President tal-FKNK Joseph Perici Calascione appella lill-gvern biex jagħmel minn kollox biex minn tal-inqas in-nassaba jkollhom ċertu ċertezzi dwar l-insib tal-għasafar tal-għana. Il-Federazzjoni qalet li se tkompli taħdem mall-gvern biex id-deroga tiġi applikata mill-aktar fis possibbli.

AQRA: “Nesploraw kif nintroduċu l-insib fuq l-għasafar tal-għana mingħajr id-deroga”

AQRA: “Deroga li falliet b’mod qawwi” – BirdLife

Waqt l-aħħar laqgħa tal-Kumitat Ornis, fi stqarrija l-Federazzjoni qalet li l-Kumitat qabel biex tintbagħat rikomandazzjoni lill-Ministru biex tiġi applikata d-droga u jinkiseb il-permess għall-insib tal-pluvieri u l-imlievez bit-tibdiliet li ġej:

– Il-qis tal-malja tax-xibka għall-imlivez se jkollha minimu ta’ 34mm kwadru, bil-qis massimu tax-xbiek jibqa’ ta’ 38 metru kwadru u l-malja tal-pluvieri se tibqa’ minimu ta’ 45mm kwadru u xbiek ta’ 60 metru kwadru.  Ir-rappreżentanti tal-FKNK oġġezzjonaw għaż-żewġ qisien tal-malji, minħabba żewġ affarijiet. Huma argumentaw li se jkun ta’ piż finanzjarju għan-nassab biex jagħmel xbieki ġodda u minħabba l-korrimenti tal-malja proposta għall-pluvieri.

– Fuq proposta tal-FKNK l-istaġun għall-insib tal-pluvieri se jkun mill-1 ta’ Novembru 2019 sal-10 ta’ Jannar 2020, u dak tal-imlivezz se jkun bħal tas-sena l-oħra, jiġifieri mill-20 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru.

AQRA: L-FKNK tipproponi staġun għall-kaċċa fir-Rebbiegħa

 – Din is-sena, apparti ċ-ċrieket li jridu jitlibsu lill-għasafar li n-nassab juża bħala ‘għajjat’ u/jew taħrik, kull pluviera u/jew malvizz li jinqabad irid jitlibbes ċurkett ukoll.