Filmat: Ħadd ma kien f’diffikultà fil-Bajja ta’ San Tumas

Aġġornata 16.45
Kelliem għall-FAM qal ma' Newsbook.com.mt li t-tfittxija għall-persuna, li allegatament kienet f'diffikultà barra l-Bajja ta' San Tumas, twaqqfet wara li rriżulta li kien false alarm
Dan wara li l-FAM tkellmu ma' diversi persuni fil-viċinanzi li qalu li ma raw lil ħadd fil-baħar.
Madanakollu, l-FAM appellat biex in-nies ma jiqfux milli jċemplu jekk jinsabu jew jaraw lil xi ħadd li hu f'diffikultà.

Iktar kmieni
Newsbook.com.mt
jinsab infurmat li l-Forzi Armati ta' Malta qed ifittxu persuna li dehret titħabat mal-mewġ fil-Bajja ta' San Tumas f'Wied il-Għajn.
Kelliem għall-FAM qal ma' Newsbook.com.mt li persuna rrapurtat li rat lil xi ħadd jitħabat mal-mewġ fil-Bajja ta' San Tumas.
Minkejja li minnufih intbagħtet dgħajsa u helikopter, s'issa għadhu ma nstab ħadd.
Bħala prekawzzjoni, il-Forzi Armati għadhom għaddejin bit-tfittxija tagħhom.
S'issa l-ebda persuna għadha ma ġiet irrapurtata nieqsa.