Filmat: L-ewwel xeni mit-tieni staġun ta’ Sorelle

Sorelle: It-tieni staġun

180 puntata ġdida mill-iskeda tal-ħarifa fuq TVM

Posted by Sorelle - Drama Series on Thursday, August 13, 2020

Wara li aktar kmieni nedew il-promo uffiċjali tat-tieni staġun tas-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba, Rewind illum, permezz tal-paġna ta’ Facebook tas-sensiela Sorelle, ħarġu wkoll il-promo uffiċjali tat-tieni staġun ta’ din is-sensiela popolari.

Bħalissa fuq TVM qed jixxandru l-episodji ta’ Sorelle mill-ewwel staġun fuq TVM 2, mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-1.15pm. Kuljum qed jintwerew żewġ puntati wara xulxin.

It-tieni staġun ta’ Sorelle mistenni li jkun jikkonsisti f’180 puntata, se jkun qed jixxandar mill-iskeda tal-ħarifa fuq TVM mit-Tnejn 28 ta’ Settembru. Fl-istaġun il-ġdid, Sorelle mistenni li jixxandar matul il-ġimgħa fl-3.45pm (minflok fit-3pm kif kien jixxandar fl-ewwel sena tiegħu).

Fl-episodji l-ġodda ta’ Sorelle se nkunu qed naraw ħafna intriċċi hekk kif l-aħwa jibdew jinvestigaw każ ġdid.

Se niskopru affarijiet interessanti dwar Jodi, filwaqt li l-karattru ta’ Steve issa se jkun interpretat minn Clint Grech minflok l-attur Brian Fenech.

Bi produzzjoni ta’ Rewind, Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bis-sehem ta’ wħud mill-aqwa atturi Maltin li hawn bħalissa fil-pajjiż.