Filmat: L-ewwel xeni mit-tieni staġun ta’ F’Ġieħ L-Imħabba

Family Affair jirritorna mis-Sibt 3 t'Ottubru :)

Posted by Family Affair on Friday, September 18, 2020

Rewind Productions illum nedew l-ewwel promo tat-tieni staġun mis-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba li se jkun qiegħed jixxandar fuq TVM mill-iskeda tal-ħarifa.

Mix-xeni li jidhru fil-filmat jidher biċ-ċar li dan it-tieni staġun li se jkun fih 36 puntata se jkun wieħed mill-aktar b’saħtu b’xeni mimlija azzjoni u żgur li se jkunu qed iżommu lit-telespettaturi jistennew dak li se jkun qed jiġri minn ġimgħa għall-oħra f’din l-istorja maħluqa u miktuba minn Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa.

Fl-istaġun il-ġdid se naraw jekk il-pjan ta’ Karla biex tiżżewweġ lil Salvatore hux se jirnexxi filwaqt li Erminia tkompli tħossha mhedda min Laura, il-mara ta’ Emilio, li hi trid li jkun tagħha.

Se niltaqgħu ma’ karattru ġdida, dak ta’ Mimma. Dan se jkun karattru li huwa nterpretat minn Shirley Mercieca.

Bħalissa fuq TVM, kull nhar ta’ Erbgħa qed jintwerew żewġ episodji wara xulxin tal-ewwel staġun, iżda mill-iskeda tal-ħarifa l-appuntament mas-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba se jkun nhar ta’ Tlieta, mit-Tlieta 29 ta’ Settembru, dejjem wara l-bullettin tal-aħbarijiet tat-8pm.