Filmat: L-ewwel xeni mit-tieni staġun ta’ Fattigi

“Fil-ħajja ibża minn dawk li jiġru warajk għax ikollhom xi ħaġa f’moħħhom żgur.” – Kif se tinbidel il-ħajja tal-protagonisti li saru maħbubin mit-telespettaturi?

Tkunu tafu malli jibda t-tieni staġun ta’ Fattigi mill-Ħamis 3 ta’ Ottubru fuq l-istazzjon Net.

Iżda tajjeb li ngħidu li meta tkellimna mat-tim ta’ Watermelon Media, il-kumpanija responsabbli minn din id-drama li għandha kitba ta’ Bryan Muscat, qalulna li “ħafna risposti jinsabu moħbija f’dan l-ewwel trailer tat-tieni staġun.”