Filmat: L-ewwel xeni minn L-Ispettur

Short Preview

Spettur Bonnici - Mario Micallef confronts his son Chris - Vince Micallef Pule about the horrors of a police inspectors' job.Coming in October 2020 on TVM / PBS

Posted by Spettur _ Spettur Bonnici on Thursday, July 23, 2020

F’Ottubru li ġej fuq TVM se tkun qed tixxandar is-sensiela L-Ispettur, li oriġinarjament kellha tixxandar f’April li għadda. Iżda bħal ma’ ġara fuq il-maġġoranza tal-produzzjonijiet, minħabba fis-sitwazzjoni maħluqa mill-Covid-19, ix-xogħol fuqha kien twaqqaf.

B’hekk issa din is-sensiela li hija bbażata fuq it-triloġija ta’ L-Ispettur Bonnici ta’ Mario Philip Azzopardi li kienet ittellgħet fi tlett taqsimiet fit-Teatru Manoel, se tkun qed titwassal fuq TVM.

Fil-parti ewlenija tal-Ispettur Bonnici se naraw lill-attur veteran Mario Micallef u miegħu se naraw għadd ta’ atturi oħra magħrufa bħal Monica Attard, Vince Micallef Pulè, Lara Azzopardi, Ray Abdilla, Marvic Cordina, Narcy Calamatta u Ramona Mamo DeGiovanni fost oħrajn.

Minn dak li hu magħruf din it-triloġija hi mqassma f’10 puntati u ssegwi dak li jgħaddi minnu l-Ispettur Bonnici fl-aħħar snin tal-karriera tiegħu u l-konsegwenzi fuq il-ħajja personali tiegħu.