Filmat: L-ewwel xeni minn Game Over

Dan huwa it-trailer ufficjali ta' Game Over! Enjoy it 😉Game Over jibda bhal-lum gimgha, 8 ta' Jannar, fid 9 ta' filghaxja, fuq One.Is-Sena t-tajba lil kulhadd!!

Posted by DIVISION 7 on Wednesday, January 1, 2020

Id-dar tal-produzzjoni DBA Entertainment nediet l-ewwel trailer għas-sensiela ġdida Game Over li se tibda mill-Erbgħa 8 ta’ Jannar fid-9pm fuq l-istazzjon One.

Ritratt: Screenshot mill-filmat

Din is-sensiela se ddum għaddejja għal 10 ġimgħat u se tkun qed tieħu post is-sensiela Division 7 li tirritorna bit-tmien staġun minn Marzu.

Fis-sensiela Game Over se nkunu qed naraw bosta atturi magħrufa li jinkludu lil Carlos Farrugia, Lara Azzopardi, Mario Gatt, Matthew Sant Sultana, Michela Borg Brincat, Manwel Cucciardi, Clayton Pace, Liam Vella, Jayden John Bonanno, Jonathan Azzopardi, Sinclair Mifsud, u Mario Cassar.

Mill-filmat li nħareġ kollox jindika li din is-sensiela, miktuba minn Jonathan Azzopardi, se tkun waħda b’saħħitha u mimlija azzjoni li ċertament se żżomm lit-telespettaturi jistennew x’se jkun imiss jiġri minn puntata għall-oħra