Filmat: L-ewwel xeni mill-film Storbju

Just Noise - Trailer

Just Noise’s newly released trailer, starring Academy Award Nominee Harvey Keitel, Golden Globe Nominee Malcolm McDowell, Ian Virgo, Godwin Scerri, Marc Cabourdin and Benedick Blight.Just Noise (Storbju) chronicles how the citizens of Malta fought for independence from Britain in 1919 and was shot in #Malta 🎥🇲🇹

Posted by Malta Film Commission on Wednesday, June 24, 2020

Fl-aħħar ġranet il-Malta Film Commission ħarġet l-ewwel xeni tal-film Storbju li jitratta l-irvellijiet tas-7 ta’ Ġunju tal-1919. Il-film se jkun ukoll maħruġ fis-suq internazzjonali bl-isem ta’ Just Noise.

Spirat mir-rewwixti ta’ Ġunju fl-1919, il-film huwa taħt id-direzzjoni ta’ Davide Ferrario (After Midnight, We all Fall Down) u miktub minn Jean Pierre Magro (Bulgarian Rhapsody). 

Magħfusin bi snin ta’ awsterità, żieda fil-qagħad u prezzijiet jogħlew, il-popolazzjoni Maltija qamet kontra l-Uffiċċju Kolonjali. Fis-7 ta’ Ġunju 1919, eluf ta’ rġiel bil-ġuħ, nieqsa minn kollox u mimlija tama ħabtu għall-belt biex jesiġu riformi tant bżonnjużi. Sfortuntament, il-protesti saru vjolenti. Il-bandiera Brittannika ġiet imċarrta minn ħafna binjiet tal-gvern. Numru ta’ binjiet ġew misruqa mbagħad maħruqa. It-truppi Brittanniċi mal-ewwel ġew sarbati biex jerġgħu jġibu l-paċi u l-ordni. Ħafna nies mietu f’dik il-ġurnata sinjifikanti.

Il-Brittanniċi ħbew l-istorja mill-pubbliku u pruvaw jikkanċellaw it-traċċi ta’ dak li kien ġara. Madwar 115-il ċittadin Malti, li l-aktar li kienu żgħażagħ, ingħataw it-tort għall-vjolenza u ġew kundannati għal xogħol iebes. 

Il-film għandu fil-cast lil Harvey Keitel, li ħadem f’numru kbir ta’ films inkluż Bugsy li għalih kein nominat għall-Oscar. Hemm ukoll l-attur Malcolm MacDowell li wkoll għandu karriera twila fil-films u kien ukoll nominat għall-Golden Globe Award għall-interpretazzjoni tiegħu fil-film A Clockwork Orange.

Fil-cast hemm ukoll Ian Virgo li hu magħruf għal bosta partijiet li nterpreta f’sensiliet bħal Doctors, EastEnders, Holby City u Crash, kif ukoll Benedict Blythe, ukoll wiċċ magħruf minn produzzjonijiet bħal Doctors u Holby City.

Insibu wkoll lil Tom Prior ta’ Theory of Everything, Kingsman: The Secret Service u Three Girls, kif ukoll Leeshon Alexander ta’ We Are Monster, Bulletprooof u The Bill.

L-atturi Maltin f’dan il-film huma bosta u jinkludu lil Godwin Scerri, Ryan Debattista, Narcy Calamatta, Marc Cabourdin, Erica Muscat, Chris Dingli, Michael Basmajan, Nicola Mangion, Kyle Borg u Luke Bonnici.