Filmat: L-ewwel xeni mill-aħħar staġun ta’ Division 7

Division 7 Season 8 Trailer!

Division 7 Season 8 Trailer! Cu on the 30th of September 😉Please Share, comment and tell us what you think ❤️Trailer thanks to Zippy

Posted by DIVISION 7 on Friday, September 11, 2020

Kif diġà kienu wegħdu, DBA Entertainment illum nedew b’mod uffiċjali l-ewwel xeni mit-tmien u l-aħħar staġun ta’ Division 7, li se tibda tixxandar fuq l-istazzjon One mill-Erbgħa 30 ta’ Settembru.

Dan l-istaġun hu mistenni ħafna mid-dilettanti kollha ta’ din is-sensiela hekk kif is-sensiela li jmiss se tkun waħda itwal mis-soltu u li l-produtturi ta’ din is-sensiela qed iwegħdu li se jkun staġun mill-aktar b’saħtu.

F’dan l-istaġun se naraw ukoll l-introduzzjoni ta’ bosta karattri ġodda li se jiġu interpretati minn atturi bħal Frederick Testa, J.C. Scicluna, Clint Grech, kif ukoll l-attur magħruf Renzo Bonello li se jkun qed jirritorna fuq it-televiżjoni wara assenza ta’ 12-il sena.

Intat l-attur Eliott Micallef, li jinterpreta lil Franġisku, ħabbar li l-producers tas-sensiela talbuh jerġa’ jqaxxar xagħru. Hu tella’ ritratt li jurih b’din id-dehra kif appuntu se jkun qed jidher fl-aħħar staġun tas-sensiela Division 7.