Filmat: L-ewwel xeni mill-aħħar avventura ta’ Klassi Għalina

"Klassi Ghalina Vs Dragula" Coming Fall 2020 (Harifa)

L-Ewwel Teaser ta L-Ahhar Avventura tal Klassi favorita taghkom...iktar sorprizi!!!!!...... Klassi Ghalina Forever!!!!!! kinks and Queens Ghidulna x tahsbu? u share dan il promo..grazzi #klassighalina #monsters #202k

Posted by Klassi Ghalina on Monday, February 10, 2020

Waħda mis-sensiliet popolari f’dawn l-aħħar sninbla dubju hija Klassi Għalina li xxandret fuq l-istazzjon One. Din is-sensiela ttellgħet ukoll bħala produzzjonijiet teatrali kif ukoll saru wkoll films għaċ-ċinema.

F’din il-paġna tistgħu ssegwu l-ewwel xeni li nħarġu mill-film Klassi Għalina Vs Dragula li Square Wheel Entertainment se jkunu qed joħorġu fiċ-ċinema aktar tard din is-sena.

L-istudenti se jkunu qed jingħaqdu flimkien għall-aħħar kapitlu minn din is-sensiela hekk kif din id-darba se jeħduha kontra “dak ta’ snienu kbar”, jew aħjar Dragula.

Mill-ewwel filmati li nħarġu jidher li mhux se jonqsu l-mumenti umoristiċi f’din l-istorja, iżda wkoll il-protagonisti se jkunu qed isibu rwieħhom f’sitwazzjonijiet perikolużi.

Kif se jirnexxielhom joħorġu mill-inkwiet li se jkunu qed jiffaċċjaw?

Klassi Għalina Vs Dragula għandu kitba u direzzjoni ta’ Alan Cassar għal Square Wheel Entertainment. Jieħdu sehem Ray Attard, Andy Catania, Manwel Cucciardi, Trevor Mizzi. Marco Grech, Mario Gatt, Dominic Aquilina, Charles Nova, Maria Cassar Inguanez, Rainer Cassar, Joanna Kuzeljevic, Duncan Azzopardi, Romina Genuis Demanuele u Sonic – J Aquiilina fost oħrajn.