Filmat: L-ewwel xeni mid-drama televiżiva F’Ġieħ L-Imħabba

Ritratt: Ivan Borg

Aktar ma joqorbu l-iskedi tal-ħarifa, aktar qed nisimgħu bi programmi ġodda fuq l-istazzjonijiet lokali u llum Rewind Productions mhux talli fetħu l-paġna uffiċjali fuq Facebook tad-drama għat-Tnejn filgħaxija F’Ġieħ L-Imħabba imma nedhew l-ewwel xeni promozzjonali li qed inwasslu wkoll hawnhekk.

Il-kast ta’ din is-sensiela hu magħmul minn Mario Micallef, Evelyn Saliba La Rosa, Patrick Tanti, Malcolm Ellul, Keith Cassar Jackson, Donnha Busutill, Mark Mifsud, Anthony Borg, Lara Dimech, Ines Farrugia, Frida Lagana, Aaron Fenech, John Mansueto, Francesca Scerri, Carmel Bajada, Frank Vella, Silvio Axisa, Louis Gatt, Victoria Privitera, Michael Tabone, Antida Borg, Mariliana DeBrincat, Marco Scicluna, Angela Kiomall, Jean Paul Cascun, Marisa Calleja Zahra, Oliver Borg, Richeline Testa, Sinclair Mifsud u Justin Axiak.

AQRA: Ritratti: Wara Manwela, drama televiżiva ġdida minn Rewind Productions

B’Kitba ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, fl-ewwel puntata li se tkun qed tixxandar nhar it-Tnejn 30 ta’ Settembru, ir-rakkont jaf il-bidu tiegħu fil-familja Cuppola fil-ħamsinijiet. Il-familja Cuppola kienet familja magħquda, immexija minn Santiago Cuppola li kellu żewġ interessi prinċipali f’ħajtu. Dawn kienu l-imħabba u l-protezzjoni tal-familja u l-għenba u l-inbid. Kien jemmen li waħda ma tistax teżisti mingħajr l-oħra.

Se niltaqgħu ma’ karattri oħra bħal Salvatore, Sergio u Elena Cuppola. Se naraw lil Elena Cuppola tintilef wara l-imħabba ta’ ħajjitha. Tgħid il-familji se jippermettu lil din l-imħabba timxi ’l quddiem? Karla min hi? U l-preżenza tagħha x’konsegwenzi se jkollha fuq il-ħajja ta’ dawn in-nies? Din l-istorja se tlaqqagħna ma’ diversi karattri interessanti oħra bħal Agata u t-tifla tagħha Bernardette, Ġużi u missierha Fredu.

Wara Ħbieb u Għedewwa, u Manwela, kif ukoll Ċirkostanzi, li minn nhar it-Tlieta se jixxandar f’puntati itwal, F’Ġieħ L-Imħabba bla dubju diġa qed toħloq interess u aspettativa kbira fost it-telespettaturi Maltin.