Filmat: L-ewwel xahrejn ta’ Pawla u Nina

Illum waqt Sibtek stennew li ssiru tafu bosta stejjer li lanqas biss kontu tafu.

Gerard James Borg jitkellem fuq l-imħabba ta’ ħajtu u ser insiru nafu l-proġett li jmiss li huwa ta’ sfida kbira.

Pawla u t-tifla addottiva tagħha Nina Navya jirrakkontaw kif kienu dawn l-ewwel xahrejn flimkien u x’hemm ġdid għal Nina hekk kif it-tim tal-produzzjoni ta’ Sibtek se jkun qiegħed isegwi l-proċess.

Sibtek se jlaqqagħana ma’ Michelle u t-tifla tagħha Francesca li jitkellmu dwar il-progress fl-abilità u x’esperjenza għaddew minnha dan l-ahhar filwaqt li Marilena Gauci se tiżvela x’jagħmilha kuntenta u l-istil ta’ ħajja l-ġdida tagħha.

Clifford Galea Vella Maslennikov jitkellem fuq kif għeleb il-vizzju tad-droga, l-awtobijografija tiegħu u b’mod esklussiv se naraw it-tieġ tiegħu waqt Sibtek.

Għal ġimgħa oħra l-kompetizzjoni The Box. Tgħid tintrebaħ illum?

Sibtek fuq TVM flimkien ma’ Ryan u Josmar, illum is-Sibt 11 ta’ Jannar 2020 fis-12.45pm.