Filmat: L-ewwel vidjow mill-grupp Għawdxi Upper Lip

Read in English.

Il-grupp tar-Rock minn Għawdex Upper Lip għadu kif ħareġ l-ewwel single mid-debut album tagħhom Deep Within. Is-single Keep Going hija dwar il-perseveranza u biex wieħed jibqa’ jaħdem biex iwettaq il-ħolm tiegħu.

L-ewwel studio album ta’ Upper Lip kien rekordjat fit-Temple Studios fil-Mistra mal-producer David Vella.  L-album jiġbor fih 11-il track kollha stil Rock n’ Roll pur. L-album mistenni joħroġ fix-xhur li ġejjin waqt li l-grupp jinsab fuq ix-xwiek biex jibda joħroġ kanzunetti oriġinali tiegħu, xi ħaġa li ma tantx issir ta’ spiss f’Għawdex. Upper Lip bħalissa huwa l-uniku grupp Hard Rock f’Għawdex u dan l-album jawgura tajjeb għall-quddiem.

Il-grupp hu magħmul minn  Chris Portelli (Lead Vocals), Joseph Azzopardi (Lead guitarist u kompożitur tal-kanzunetti), Marcel Paul Grima (Bass guitar), Paul Cini (Rhtym guitar) u Silvio Cini (Drums). Qabel, bħala membri, kien hemm Shaun Axiaq u d-drummer Paul Formosa mill-grupp  Ascendor li kienu strumentaly biex seta’ ħareġ l-album.

Upper Lip għamlu l-ewwel dehra tagħhom f’Novembru 2013. Għamlu suċċess kbir u bdew jirċievu inviti biex jagħtu spettaklu f’diversi avvenimeti bħal ’The Garage f’Malta, u avvenimenti nazzjonali bħall-Ewwel tas-Sena, Rock the Rock, festivals tal-inbid kif ukoll fil-Karnival tan-Nadur. Il-grupp hu nfluwenzat minn gruppi ġganti tal-imgħoddi bhal AC/DC, The Rolling Stones u Queen fost oħrajn.

Il-kunċert li jmiss tal-grupp se jkun waqt il-Karnival tan-Nadur nhar is-Sibt 22 ta’ Frar fuq il-palk Pjazzetta wara l-knisja.