Filmat: L-ewwel trailer uffiċjali ta’ L-Għarusa

Iż-żmien qiegħed joqrob biex inkunu nistgħu nibdew insegwu l-puntati l-ġodda mit-Tlieta 1 ta’ Ottubru. SharpShoot Media kull nhar ta’ Tlieta qiegħed itella’ filmati li bla dubju qed joħolqu ħafna aspettativa.

Iżda b’kuntrarju għal dak li rajna f’dawn l-aħħar ġimgħat, flok xeni qosra mis-sensiela l-ġdida, nedew trailer pjuttost itwal mis-soltu.

Jispikkaw uċuħ ġodda hekk kif kollox jindika li fl-istaġun il-ġdid se niltaqgħu ma’ bosta karattri ġodda li se jkomplu jduru mal-istorja ta’ Bettina u Diego.

X’futur għandha l-istorja tagħhom?

Fl-isfond tal-filmat jinstema’ l-ħoss tal-ferrovija. Mhux xi sigriet li għal dan l-istaġun SharpShoot Media se jkunu qed jerġgħu jagħtu l-ħajja lill-ferrovija ta’ Malta li se tkun qed tilgħab parti sinjifikattiva fl-istorja maħluqa minn Audrey Brincat Dalli.

L-istorja tkompli tiżvolġi fis-Snin 30, iżda tkompli wkoll f’dawn iż-żminijiet hekk kif il-misteru dwar x’ġara eżatt minn Bettina jibda jinkixef ftit ftit.

U bla dubju tispikka x-xena tal-isparatura li ħolqot tant interess fost is-segwaċi tas-sensiela.

AQRA: sparatura-fuq-is-sett-ta-l-gharusa