Filmat: L-ewwel Sibtek tas-sena

L-Ewwel Sibtek tas-sena 2021 ser jkun Speċjali, is-Sibt li ġej mimli nies li għandhom storja x’jaqsmu magħna. Programm fejn fih ser issiru tafu ħafna affarijiet li ma kontux tafu qabel. Sibtek is-Sibt li ġej 2 ta’ Jannar fis- 13:15 fuq TVM 🎄⭐️🤩

Posted by Sibtek on Sunday, December 27, 2020

F’dan l-ewwel Sibtek tas-sena 2021 se jkun karatterizzat minn ħafna spettaklu, mużika, rigali għat-telespettaturi imma fuq kollox ma jonqsux il-ħafna stejjer kurjużi li se ssir tafhom fil-programm tal-lum.

Sibtek illum illaqqgħna mal-ġurnalista u kantanta Maria Muscat magħrufha aktar bħala La Barokka, fejn se tirrakkonta sitwazzjoni mbarrazanti li għaddiet minnha dan l-aħħar u titkellem dwar l-istaġun il-ġdid ta’ Umani li jibda illum eżatt wara Sibtek.

Jeff Francalanza jirrakkonta l-weġgħat li għadda minnhom fis-sena 2020 u jispjega x’tgħallem minnhom.

Mandy Micallef Grimaud tizvela għall-ewwel darba it-tbatija li għaddiet minnha fit-tfulija tagħha u kif irnexxielha toħroġ minnha.

Doreen Desira, omm Kylie Coleiro, il-kantanta residenti ta’ Sibtek,  titkellem kif ma kinitx faċli li trabbi t-tfal imma dejjem ġabet lilhom l-ewwel. Titkellem ukoll dwar l-esperjenza tagħha bħala frontliner.

Iż-żgħażagħ residenti għandhom bosta mistoqsijiet jaħarqu u ma jonqsux is-sezzjonijiet bħal moda challenge, ġojjellerija, The Box u aktar.

Sibtek, ippreżentat minn Ryan Borg u Josmar, jixxandar illum fis-1.15pm, fuq TVM.