Filmat: L-ewwel prova ta’ Eliana

L-ewwel prova ta’ Eliana Gomez Blanco għas-17-il edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest saret illum u l-kantanta Maltija, kif jixhed dan il-filmat, dehret kunfidenti u preparata.

L-ewwel prova ta' Eliana fil-Polonja
Ritratt: Thomas Hanses

Din mhux se tkun l-ewwel prova ta’ Eliana fuq il-palk tal-Eurovision hekk kif f’dawn il-ġranet se jkunu għaddejjin aktar provi, biex b’hekk id-delegazzjoni ta’ kull pajiiż tara li l-wirja ta’ kull pajjiż tasal viżwalment tajba.

Il-finali tal-Junior Eurovision Song Contest se ssir nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru. Il-kanzunetta Maltija se tiġi nterpretata fit-tmien pożiżżjini wara li lbieraħ saret it-tlugħ bil-polza waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ.