Filmat: “L-ewwel pajjiż li nżur se jkun Malta” – Gary Neville

Read in English.

Gary Neville, l-eks stilla tal-futbol Manchester United u l-Ingilterra, hu magħruf li jżur b’mod regolari pajjiżna. Tant iħobb lil Malta li ħass li kell jibgħat messaġġ ta’ appoġġ lill-Maltin.

Fil-filmat li tpoġġa fuq il-paġna ta’ Facebook Malta Flimkien, Neville qasam il-memorji tiegħu dwar iż-żmien tiegħu f’Malta matul is-snin u qal li Malta se tkun l-ewwel post fejn iżur wara li dan kollu jintemm.

“Ilni nżur lil Malta għal dawn l-aħħar 27 sena, mill-età ta’ 18-il sena meta ġejt l-ewwel darba ma’ David Beckham, Chris Casper u Ben Thornley. Bqajt inżur Malta kull sena għal raġuni waħda u din ir-raġuni hi waħda biss, il-poplu Malti,” qal.

Maltatogether.com hija inizjattiva bla skop ta’ qligħ miġjub lilkom minn “The Academy of Givers”, assoċjazzjoni maħluqa biex tgħaqqad u tispira l-għoti soċjali fost il-komunità kummerċjali ta’ Malta.

Is-sit maltatogether.com bħalissa hija mmaniġjata minn Iniala Group li qed jimmirraw biex ikabbru l-inizjattiva u eventwalment tibda topera b’mod indipendenti.

Jekk tixtieq tagħmel volontarjat biex tgħin b’xi mod, tista’ tikkuntattjahom fuq staff@maltatogether.com