Filmat: “L-ewwel Milied tiegħi bħala omm” – Deborah C

Fis-sajf li għadda l-kantanta Deborah C saret omm u dan il-Milied ifisser li huwa l-ewwel wieħed tagħha bħala omm.

F’din l-intervista Deborah C taqsam l-esperjenza tagħha ma’ Newsbook.com.mt dwar kif għazlet l-isem ta’ Diana-Lor kif ukoll dwar xi jfisser dan ir-rwol għal din il-kantanta.

X’inhuma l-użanzi tal-Milied fil-familja ta’ Deborah C? U liċ-ċkejkna Diana-Lor se tkun qed idderrija bl-istess użanzi? Lil din it-tifla se tkun qed tressaqha lejn il-mużika u l-kant? X’inhuma l-prijoritajiet ta’ Deborah C illum il-ġurnata?

Deborah C

Segwi l-intervista sħiħa fil-filmat f’din il-paġna.

Intervista: Frederick Zammit

Muntaġġ: Sarah Salafia