Filmat: L-ewwel kanzunetta ta’ Ben Bailey

Probabbli rajtuh u smajtuh bħala l-kitarrist ta’ Ira Losco, Brooke, Matthe James f’dawn l-aħħar snin jew inkella bħala l-vuċi fil-grupp Vinyl Paradise.

Issa Ben Bailey għadu kif għamel id-debutt tiegħu bħala solist. Candles hija l-ewwel kanzunetta li mill-EP tiegħu bit-titlu Better Days li ser joħrog is-Sibt 12 ta’ Settembru.

Ben qal li “Din is-silta titratta dwar ix-xewqa li wieħed iwitti t-triq tiegħu fil-hajja billi jagħmel l-affarijiet differenti minn ħaddiehor u kif il-ħin itir. Tixhed dawl ukoll kif wieħed jaf iħossu waħdu u mbeżża’ meta jipprova jagħmel xi ħaġa li ħadd qatt m’għamel qabel jew meta jipprova isemma’ leħnu. Iżda hemm ċertu element ta’ kumdità meta tinduna li hemm potenzjal ta’ kreattività u sbuħija li tista’ toħroġ minn dan il-vjaġġ”.

Candles bdiet tindaqq fuq ir-radji lokali u l-vidjow mużikali għadu kemm ġie mniedi. Bailey huwa One man show f’dan il-vjaġġ bħala solist u jidher b’mod kreattiv f’dan il vidjow, hekk kif hu jikteb is-siltiet, jipproduci, jkanta u jdoqq l-instrumenti kollha hu stess.