Filmat: “L-ewwel ħaġa li se nagħmel hi li…. ” – Glen

Glen Vella huwa wieħed mill-artisti li se jkunu qed jagħtu sehemhom fl-avveniment ta’ Malta Together li se jkun qed jixxandar għada kemm fuq TVM kif ukoll fuq diversi pjattaformi online. F’din l-intervista, l-ewwel minn sensiela li se tkun qed titwassal fuq newsbook.com.mt hu jitkellem kif dan il-perjodu li kulħadd qiegħed ikun aktar fid-dar tiegħu wasslu biex jiskopri affarijiet ġodda li jista’ jagħmel.

Jitkellem ukoll dwar l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Eurovision Song Contest u x’ħass meta sar jaf li ma kienx se jsir u jgħidilna fejn marru l-ewwel ħsibijiet tiegħu.

Waqt din il-konversazzjoni Glen jitkellem ukoll dwar affarijiet ġodda li tgħallem jagħmel matul dan il-perjodu fosthom anki jiżvela l-imħabba li għandu lejn il-pjanti.

Però minkejja li kif jistqarr hu llum il-ġurnata sar jogħġbu dan il-pass tal-ħajja fejn minkejja li għandu aktar ħin fuq idejh, xorta qed jimlieh b’ħafna affarijiet, hemm xi affarijiet li jħoss in-nuqqas tagħhom u jgħidilna wkoll x’se tkun l-ewwel ħaġa li jagħmel meta jgħaddi dan kollu.

Seggwi l-intervista kollha permezz tal-filmat fil-paġna.

Muntaġġ: Sarah Salafia