Filmat: “L-ewwel fid-dinja: Għamiltna kburin bik” – Evarist Bartolo

“Għamiltna kburin bik. Inti mudell ta’ kif persuna tirnexxi,” qal il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo lil Marica Xuereb.
Marica ġiet l-ewwel fost 15,822 kandidat mid-dinja kollha li qagħdu għall-eżami tal-ACCA F9 f’Diċembru li għadda.
Filwaqt li taħdem bħala Assistant Financial Controller, hija rnexxielha tistudja u tqatta’ bi snienha biex waslet f’dan il-punt tant prestiġjuż.
Marica tkellmet ma’ Newsbook.com.mt u saħqet li l-ħidma u s-sagrifiċċji kollha qed jagħtu l-frott. Hija appellat lil min għaddej mill-istudju tal-ACCA biex ma jaqtax qalbu iżda jkompli jistinka. “Għaddejt minn mumenti ta’ qtigħ il-qalb imma fl-aħħar wasalt,” qalet Marica.