Harmanprett Singh huwa l-ewwel eliminat fil-ħames programm ta’ Malta’s Got talent. L-indjan ta’ 22 sena madanakollu naqas milli jimpressjona lil Howard, Ray, Sarah u Maxine bl-interpretazzjoni tiegħu ta’ Khamoshiyan ta’ Jeet Gannguli mill-film Indjan li jġib l-istess isem.
Howard irrimarka li ż-żagħżugħ ma kellux preżenza fuq il-palk u saħansitra kien qed iħares lejn il-ġenb waqt li kien qed ikanta.
Il-kanzunetta, li kienet waħda romantika, xejn ma impressjonat u għaldaqstant il-vjaġġ ta’ Harmanprett fil-programm Malta’s Got Talent waqaf hawn.